Shopping Cart
Your Cart is Empty
Quantity:
Subtotal
Taxes
Shipping
Total
There was an error with PayPalClick here to try again
CelebrateThank you for your business!You should be receiving an order confirmation from Paypal shortly.Exit Shopping Cart

Wirja ta'Presepji f'Hal-Balzan

Home
Shopping Cart
Your Cart is Empty
Quantity:
Subtotal
Taxes
Shipping
Total
There was an error with PayPalClick here to try again
CelebrateThank you for your business!You should be receiving an order confirmation from Paypal shortly.Exit Shopping Cart

Wirja ta'Presepji f'Hal-Balzan

Il-Presepju F'Malta.

Il-Presepju hu tradizzjoni sabiha li ghaddiet minn generazzjoni ghall-generazzjoni. Fil-fatt, x’aktarx li l-ewwel presepju li nafu bih hawn Malta,skond ricerka tas-Sur Joseph Muscat imur lura ghas-sena 1826, dan il-presepju statiku kbir li ghadu jezisti inhadem ghall-monasteru ta’ San Pietru tas-sorijiet klawstrali Benedittini tal-Imdina.


Il-Presepju sar popolari f’Malta bhal f’kull pajjiz iehor, mal-bidu tas-seklu dsatax, meta l-popolarita tieghu bdiet tikber u tinxtered fostna. Dak iz-zmien nistghu naraw kemm il-presepju Malti kien influwenzat minn dak Sqalli. Hekk bdew jidhru l-pasturi tat-tafal b’kostum Malti ta’ dik l-epoka li taw karattru tradizzjonali lill-presepju Malti.

F’pajjizna bdew jinhadmu hafna presepji u l-pasturi bil-forom ta’ qies zghar u ghalhekk kienu rhas. Il-pasturi bdew isiru bil-‘mass production’ u bdew jixtraw minn hafna familji ukoll minn dawk li ma kellhomx hafna flus ghalhekk l-uzu tal-presepju zdied u dahal bhala mod ta’ taghlim u ta’ fidi lejn it-twelid ta’ Sidna Gesu Kristu.

X’inhu dak fi presepju li jaghmlu Malti? Hawn ser nitkellmu fuq presepji msejjha tradizzjonali ghax kienu ghamla ta’razzett jew girna akkumpanjati ma’ gherien tal-kartapesta. Fil-fatt il-materjal l-izjed komuni uzat qabel u wara l-gwerra kien il-karti tas-siment, ‘brown paper’, gazzetti, insomma kull ghamla u tip ta’ karta. L-ewwel ma kien jitwahhal kien qafas ta’ fildiferru ma’ qiegh tal-injam; wara jixxarbu l-gazzetti jew tip ta’ karti ohra fil-kolla tal-mastrudaxxa u jitpoggew fuq il-qafas ipreparat, ezempju grotta kbira fin-nofs, xi ghar iehor ma’ genbha xi telgha jew tarag li taghti ghal fuq tal-presepju fejn kienu jzidu xi ghamla ta’ belt, l-istilla,mithna tar-rih Maltija b’sitt antenni, il-hawt ta’l-ilma, il-pont, il-palma, il-forn, u l-bir, konna ndahhlu ukoll l-anglu habbar, il-hamiema bhala l-Ispirtu s-Santu, il-

Missier etern Alla, il-bebbux zghir daqs nitfa, l-angli tal-karti fuq il-grotta u bhala Bambin, l-izjed popolari kien dak tas-sold u xi whud kienu jzidu l-gwienah tal-karti ma’ dahru biex jaghmluh bhala anglu.


Wara li jkun nixef kollox il-presepju kien jitpogga fuq mejda jew gradenza quddiemu kienu jitpoggow qamh jew il-gulbiena akkunpanjati b’xi xemgha tixghel quddiem il-presepju biex jaghmlu ftit dawl, fl-ahhar kienu jitpoggew il-pasturi tat-tafal u dawn ma kienux jitwahhlu biex b’hekk wara li jghaddu l-festi tal-Milied jintrefghu go kaxxa taz-zraben f’xi gwardarobba.

Inharsu issa lejn l-ghamla u l-materjal uzat ghall-pasturi. Dawn kienu maghrufin bhala tas-sold u kienu kollha bil-kostum Malti tas-seklu dsatax. Il-pasturi rgiel tarahom bil-qalziet, bit-terha, bis-sidrija u bil-milsa, waqt li l-pasturi nisa kienu dejjem bil-libsa twila. Jekk naghtu daqqa t’ghajn lejn aktar pasturi Maltin kollha kienu juru xi hidma Maltija waqt li ohrajn

 ghandhom marbuta maghhom xi taghlim, fost dawn hemm l-adoratur, ix-xabbatur, l-ghageb tal-presepju, l-ghannejja (ix-xrik kelma li dahlet fi zmienna) taz-zaqq u tat-tambur, il-furnar, is-sajjied, il-kaccatur, ir-rieqed, tad-dqiq, ta’l-ilma, tal-hobz, ir-raghaj il-bidwi jaghzaq u ohrajn


Dak iz-zmien il-pasturi kienu jinhadmu bit-tuzzani u jinbieghu bl-irhis. Tista’ tghid li ma kien fihom l-ebda majjistrija, mizbughin hafna drabi b’kuluri jghajtu. Din ix-xorta ta’pasturi bl-ilbies tradizzjonali Malti bqajna nsibuhom forsi sal-1960 izda wara l-imghallmin tal-pasturi ma baqghux jahdmuhom ghax posthom haduhom pasturi ohra fil-fatt kmieni fis-seklu ghoxrin Giusti ta’ Bormla beda jahadem pasturi tat-tafal imlibbsin stil orjentali.


Fl-ibliet u fl-irhula taghna kont issib dejjem hanut jew izjed li kienu jbieghu l-pasturi. Ma kontx issib hanut wiehed apposta li jbiegh pasturi biss izda li ma affarijiet ohra kien imexxi lilhom ukoll bhala merkanzija tal-milied.

Il-presepju jidher car li minn wara l-gwerra ‘l hawn ha spinta tajba ‘l quddiem izda nbidel kollox. Dan seta gara minhabba l-materjal adattat li ghandna illum imma fuq kollox hafna presepisti tarahom ghadhom joholqu presepji bil-pajjsagg li jfakkrek fil-grajja hekk sabiha li grat gewwa Betlehem


Fis-7 ta’Ottubru 1986 twieldet is-socjeta bl-isem ta’ L-Ghaqda Hbieb Tal-Presepju-Malta, fejn l-ewwel kumitat hadem bla heda biex ikompli jkabbar l-imhabba lejn il-presepju f’pajjizna u barra minn xtutna, ukoll; dan kollu rnexxa bil-kbir. Grazzi wkoll tmur ghall-kumitati kollha li taw sehemhom tul dawn l-ahhar tnejn u ghoxrin sena biex l-Ghaqda baqghet miexja ‘il quddiem. Illum din l-ghaqda saret maghrufa sew ghax-xoghol u l-attivitajiet li torganizza ghall-m

embri u l-pubbliku ingenerali, fosthom taghti ‘lectures’ kif tibni presepju minn materjal differenti, torganizza wirja ta’ presepji fis-sala San Frangisk il-Belt, taghti tahdidiet fuq is-sugett, toffri servizz ta’ gurija lill-iskejjel, socjetajiet, kunsilli lokali, parrocci u ohrajn f’kelma wahda l-Ghaqda Hbieb Tal-Presepju-Malta dejjem offriet u ghada toffri kontribut tajjeb favur il-presepju f’pajjizna.


Din it-tradizzjoni ukoll mxiet sew fil familja taghna ta' tlett snin minn dejjem kont nghin lill missieri waqt li jkun qed jahdem il-presepju,llum nista nghid li jien u missieri it-tnejn li ahna dilettanti kbar tal-presepji fil fatt sirnha membri ta' l-Ghaqda hbieb tal-Presepji Malta minn fejn hemm, komplejna niltaqaw ma dilettanti ohrajn u qsama flimkien idejat differenti fuq il-bini tal-presepju u accessorji li jkomlu isebhuh.Is-Snin ghaddew l-idejat komplew jisviluppaw fil-fatt jien u missieri xtaqna li il-holma taghna issir rejalta w ghal hekk sar ftehin bejnietna u hbieb taghna u membri ta' l-ghaqda,fejn dawn ghogobom jisilfuna numru sabih ta'presepji mahduma minn esebituri differenti. Nfatti fis sena 2005 organizzajna l-ewwel wirja ta’presepji fil-garage taghna f’Hal Balzan, fejn minn dak in nhar il-quddiem komplejna ghadejjin b’din il-wirja ta’Presepji dejjem differenti minn sena ghall ohra.

Permezz tal-presepju niftakkru li l-angli kienu habbru t-twelied ta’Sidna Gesu’ Kristu il-Princepp Tal-Paci, dan hu rigal divin li jgorr mieghu il-presepju, l-Paci, messag ta’soledarjeta bejn il-bnedmin ta’rieda tajba.

Recent Photos

0
0