Wirja ta'Presepji f'Hal-Balzan

Il-Presepju F'Malta.

Il-Presepju hu tradizzjoni sabiha li ghaddiet minn generazzjoni ghall-generazzjoni. Fil-fatt, x’aktarx li l-ewwel presepju li nafu bih hawn Malta,skond ricerka tas-Sur Joseph Muscat imur lura ghas-sena 1826, dan il-presepju statiku kbir li ghadu jezisti inhadem ghall-monasteru ta’ San Pietru tas-sorijiet klawstrali Benedittini tal-Imdina. 


Il-Presepju sar popolari f’Malta bhal f’kull pajjiz iehor, mal-bidu tas-seklu dsatax, meta l-popolarita tieghu bdiet tikber u tinxtered fostna. Dak iz-zmien nistghu naraw kemm il-presepju Malti kien influwenzat minn dak Sqalli. Hekk bdew jidhru l-pasturi tat-tafal b’kostum Malti ta’ dik l-epoka li taw karattru tradizzjonali lill-presepju Malti.

F’pajjizna bdew jinhadmu hafna presepji u l-pasturi bil-forom ta’ qies zghar u ghalhekk kienu rhas. Il-pasturi bdew isiru bil-‘mass production’ u bdew jixtraw minn hafna familji ukoll minn dawk li ma kellhomx hafna flus ghalhekk l-uzu tal-presepju zdied u dahal bhala mod ta’ taghlim u ta’ fidi lejn it-twelid ta’ Sidna Gesu Kristu.




X’inhu dak fi presepju li jaghmlu Malti? Hawn ser nitkellmu fuq presepji msejjha tradizzjonali ghax kienu ghamla ta’razzett jew girna akkumpanjati ma’ gherien tal-kartapesta. Fil-fatt il-materjal l-izjed komuni uzat qabel u wara l-gwerra kien il-karti tas-siment, ‘brown paper’, gazzetti, insomma kull ghamla u tip ta’ karta. L-ewwel ma kien jitwahhal kien qafas ta’ fildiferru ma’ qiegh tal-injam; wara jixxarbu l-gazzetti jew tip ta’ karti ohra fil-kolla tal-mastrudaxxa u jitpoggew fuq il-qafas ipreparat, ezempju grotta kbira fin-nofs, xi ghar iehor ma’ genbha xi telgha jew tarag li taghti ghal fuq tal-presepju fejn kienu jzidu xi ghamla ta’ belt, l-istilla,mithna tar-rih Maltija b’sitt antenni, il-hawt ta’l-ilma, il-pont, il-palma, il-forn, u l-bir, konna ndahhlu ukoll l-anglu habbar, il-hamiema bhala l-Ispirtu s-Santu, il-Missier etern Alla, il-bebbux zghir daqs nitfa, l-angli tal-karti fuq il-grotta u bhala Bambin, l-izjed popolari kien dak tas-sold u xi whud kienu jzidu l-gwienah tal-karti ma’ dahru biex jaghmluh bhala anglu.

Wara li jkun nixef kollox il-presepju kien jitpogga fuq mejda jew gradenza quddiemu kienu jitpoggow qamh jew il-gulbiena akkunpanjati b’xi xemgha tixghel quddiem il-presepju biex jaghmlu ftit dawl, fl-ahhar kienu jitpoggew il-pasturi tat-tafal u dawn ma kienux jitwahhlu biex b’hekk wara li jghaddu l-festi tal-Milied jintrefghu go kaxxa taz-zraben f’xi gwardarobba.



Inharsu issa lejn l-ghamla u l-materjal uzat ghall-pasturi. Dawn kienu maghrufin bhala tas-sold u kienu kollha bil-kostum Malti tas-seklu dsatax. Il-pasturi rgiel tarahom bil-qalziet, bit-terha, bis-sidrija u bil-milsa, waqt li l-pasturi nisa kienu dejjem bil-libsa twila. Jekk naghtu daqqa t’ghajn lejn aktar pasturi Maltin kollha kienu juru xi hidma Maltija waqt li ohrajn ghandhom marbuta maghhom xi taghlim, fost dawn hemm l-adoratur, ix-xabbatur, l-ghageb tal-presepju, l-ghannejja (ix-xrik kelma li dahlet fi zmienna) taz-zaqq u tat-tambur, il-furnar, is-sajjied, il-kaccatur, ir-rieqed, tad-dqiq, ta’l-ilma, tal-hobz, ir-raghaj il-bidwi jaghzaq u ohrajn 


Dak iz-zmien il-pasturi kienu jinhadmu bit-tuzzani u jinbieghu bl-irhis. Tista’ tghid li ma kien fihom l-ebda majjistrija, mizbughin hafna drabi b’kuluri jghajtu. Din ix-xorta ta’pasturi bl-ilbies tradizzjonali Malti bqajna nsibuhom forsi sal-1960 izda wara l-imghallmin tal-pasturi ma baqghux jahdmuhom ghax posthom haduhom pasturi ohra fil-fatt kmieni fis-seklu ghoxrin Giusti ta’ Bormla beda jahadem pasturi tat-tafal imlibbsin stil orjentali.

Fl-ibliet u fl-irhula taghna kont issib dejjem hanut jew izjed li kienu jbieghu l-pasturi. Ma kontx issib hanut wiehed apposta li jbiegh pasturi biss izda li ma affarijiet ohra kien imexxi lilhom ukoll bhala merkanzija tal-milied.



Il-presepju jidher car li minn wara l-gwerra ‘l hawn ha spinta tajba ‘l quddiem izda nbidel kollox. Dan seta gara minhabba l-materjal adattat li ghandna illum imma fuq kollox hafna presepisti tarahom ghadhom joholqu presepji bil-pajjsagg li jfakkrek fil-grajja hekk sabiha li grat gewwa Betlehem




Fis-7 ta’Ottubru 1986 twieldet is-socjeta bl-isem ta’ L-Ghaqda Hbieb Tal-Presepju-Malta, fejn l-ewwel kumitat hadem bla heda biex ikompli jkabbar l-imhabba lejn il-presepju f’pajjizna u barra minn xtutna, ukoll; dan kollu rnexxa bil-kbir. Grazzi wkoll tmur ghall-kumitati kollha li taw sehemhom tul dawn l-ahhar tnejn u ghoxrin sena biex l-Ghaqda baqghet miexja ‘il quddiem. Illum din l-ghaqda saret maghrufa sew ghax-xoghol u l-attivitajiet li torganizza ghall-membri u l-pubbliku ingenerali, fosthom taghti ‘lectures’ kif tibni presepju minn materjal differenti, torganizza wirja ta’ presepji fis-sala San Frangisk il-Belt, taghti tahdidiet fuq is-sugett, toffri servizz ta’ gurija lill-iskejjel, socjetajiet, kunsilli lokali, parrocci u ohrajn f’kelma wahda l-Ghaqda Hbieb Tal-Presepju-Malta dejjem offriet u ghada toffri kontribut tajjeb favur il-presepju f’pajjizna. 



Din it-tradizzjoni ukoll mxiet sew fil familja taghna ta' tlett snin minn dejjem kont nghin lill missieri waqt li jkun qed jahdem il-presepju,llum nista nghid li jien u missieri it-tnejn li ahna dilettanti kbar tal-presepji fil fatt sirnha membri ta' l-Ghaqda hbieb tal-Presepji Malta minn fejn hemm, komplejna niltaqaw ma dilettanti ohrajn u qsama flimkien idejat differenti fuq il-bini tal-presepju u accessorji li jkomlu isebhuh.Is-Snin ghaddew l-idejat komplew jisviluppaw fil-fatt jien u missieri xtaqna li il-holma taghna issir rejalta w ghal hekk sar ftehin bejnietna u hbieb taghna u membri ta' l-ghaqda,fejn dawn ghogobom jisilfuna numru sabih ta'presepji mahduma minn esebituri differenti. Nfatti fis sena 2005 organizzajna l-ewwel wirja ta’presepji fil-garage taghna f’Hal Balzan, fejn minn dak in nhar il-quddiem komplejna ghadejjin b’din il-wirja ta’Presepji dejjem differenti minn sena ghall ohra.



Permezz tal-presepju niftakkru li l-angli kienu habbru t-twelied ta’Sidna Gesu’ Kristu il-Princepp Tal-Paci, dan hu rigal divin li jgorr mieghu il-presepju, l-Paci, messag ta’soledarjeta bejn il-bnedmin ta’rieda tajba.


Members Area

Recent Photos